Wednesday, July 24, 2024

Kylian Mbappe bi problemi ma’ Paris SG

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe jinsab dejjem aktar ‘il bogħod Paris St Germain hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa kellu xi jgħid sew mal-kowċ Luis Enrique u xi membri mid-diriġenza tal-klabb. 

Jingħad li Mbappe tkabbar sew fl-attitudni tiegħu u bilkemm qed ikellem lil xi nies. Dan kollu qed idejjaq lil Luis Enrique li wissieh li ma jistax jibqa’ b’din l-imġieba.

Hu fatt magħruf li Mbappe se jħalli lill-Pariġini fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u dan tal-aħħar qed jistenna li jgħaddu dawn ix-xhur li ġejjin biex jagħmel dan kollu. 

Minkejja kollox, l-eks plejer ta’ AS Monaco kien protagonista fil-logħba tal-bieraħ kontra Real Sociedad meta skorja doppjetta u għen lit-tim tiegħu jaqta’ biljett għall-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League.

Ekonomija

Sport