Friday, July 26, 2024

Luke Montebello … il-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar

Aqra wkoll

Luke Montebello ta’ Ħamrun Spartans huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2024.

L-attakkant ta’ 28 sena kkonsolida l-forma tajba tiegħu u kiseb it-tieni unur individwali dan l-istaġun wara dak ta’ Novembru 2023.

Montebello, li jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers fil-Kampjonat BOV Premier kien bla dubju l-protagonista fir-rebħa kbira ta’ 7-1 ta’ Ħamrun fuq Balzan fejn skorja 4 gowls u kiseb it-titlu ta’ plejer tal-Logħba.

Balzan marru fil-vantaġġ kmieni fil-logħba, iżda Montebello ġab il-logħba f’parità fid-9 minuta minn penalty. Żied it-tieni tiegħu ftit wara s-siegħa logħob wara li rċieva assist minn Jonny filwaqt li skorja 2 gowls oħra fil-ħin barrani biex biex telgħa fil-quċċata tal-klassifika tal-iskorers.

Silvio Cassar, Manager fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2024 lil Montebello li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni tal-Bank assoċjata ma’ dan l-unur.

Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta u huwa kburi li

huwa sostenitur tal-komunità Maltija f’din il-50 sena tal-operat tal-Bank.

Ekonomija

Sport