Wednesday, July 24, 2024

‘Finali kontra l-aqwa plejer tad-dinja, trid ħafna ħsieb u preċiżjoni biex taffrontaha’ – Samuel Bartolo

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew, kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali tat-table football u Samuel Bartolo, plejer ta’ Valletta Subbuteo Club, rebaħ il-kategorija Open. Dan wara li fil-finali għeleb lill-plejer numru wieħed tad-dinja Carlos Flores Lopez bl-iskor ta 3-1.

Dan is-sit tkellem ma’ Sam innifsu fejn tana dawn il-kummenti rigward dan is-suċċess:

“Finali kontra l-aqwa plejer tad-dinja, trid ħafna ħsieb u preċiżjoni biex taffrontaha.

Ma tridx tħossok inferjuri għall-avversarju imma temmen li tista’ tirbaħ. Il-futur? Ix-xewqa ta’ kull plejer żgur hija li jirbaħ it-Tazza tad-Dinja … bħala tim iċ-Champions League. Nibqgħu naħdmu u naraw x’jiġri!”

Ekonomija

Sport