Saturday, November 23, 2024

X’differenzi se naraw fil-bajjiet tagħna? Kif għandna nġibu ruħna?

Aqra wkoll

Rigward il-bajjiet se jkun qed isir tindif kuljum. L-operaturi huma mitlubin li ma jarmawx qabel isir dan it-tindif. 

Dawk li jkunu se jmorru fuq il-bajjiet huma ssuġġeriti li jirriżervaw post mingħand l-operaturi tad-deckchairs.

Il-bins se jkunu qed jitnaddfu darbtejn kuljum u t-toilets se jkunu qed jitnaddfu kull siegħa. Mhux se jkunu permessi li jiġu installati portable toilets u showers fuq il-bajjiet.

Massimu ta’ sitt persuni se jkunu qed jitħallew jużaw changing rooms jew f’public toilets.

L-awtorità tat-turiżmu ħarġet sejħa għal supervisers li se jkunu qed jedukaw lill-pubbliku dwar id-direttivi maħruġa mid-Direttur tas-Saħħa Pubblika.

Filwaqt li ntqal li mhix ix-xewqa li jkun hemm uffiċjali tal-infurzar li jinżlu u jimmultaw lil dawk li ma josservawx dawn il-miżuri, din hija possibbilità li tista’ sseħħ biex tkun garantita s-saħħa pubblika.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/05/se-tkun-tista-tfittex-certifikat-fl-entratura-ta-kumpless-li-juri-li-l-operatur-qed-jikkonferma-mal-protokolli/
https://www.inewsmalta.com/2020/05/kif-se-jkunu-qed-joperaw-ir-ristoranti-skont-il-protokolli/

Sport