Wednesday, December 25, 2024

X’għandek tagħmel jekk għadek mingħajr il-vot?

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2022, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni tagħhom, li huma jistgħu jmorru personalment fl-għassa tal-pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-karta tal-identità biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:

Minn nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2022 sal-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022 bejn it-

  • 8.00 a.m u s-1.00 p.m u bejn it-3.00 p.m u d-9.00 p.m;
  • Is-Sibt 19 ta’ Marzu 2022: bejn it-8.00 a.m u l-10.00 p.m;
  • Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2022: bejn it-8.00 a.m u s-12.00 p.m;

Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-għassa tal-Qawra. Fil-lokalità ta’ Marsaskala d-dokumenti jinġabru mill-Iskola Primarja tal-Gvern, San Ġwakkin. Fil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Il-Birgu, Il-Fontana, Ħal Għargħur, L-Għasri, L-Iklin, Il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Il-Mellieħa, Pembroke, Ta’ Xbiex u x-Xgħajra, id-dokumenti jinġabru mill-uffiċċju tal-kunsill lokali fl-istess ġranet u ħinijiet. Kull persuna trid turi l-karta tal-identità. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat.

Il-Kummissjoni Elettorali fakkret li kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.

Ekonomija

Sport