Wednesday, December 25, 2024

X’ĦAREĠ MID-DISKORS TA’ BERNARD GRECH?

Aqra wkoll

Theodore Roosvelt, darba kien stqarr li “l-aktar politiku ta’ suċċess huwa dak li jgħid dak li l-poplu qed jaħseb bl-aktar vuċi qawwija.” Tassew dak hu li jiddistingwi politiku tajjeb minn ieħor. Dak hu li jiddistingwi mexxej ta’ partit minn ieħor. Fuq kollox, dak hu li jwassal biex poplu jesprimi l-fiduċja tiegħu f’mexxej u fl-aħħar minn l-aħħar fil-partit li jirrappreżenta.

Prinċipju sempliċi illi storikament wassal biex mexxejja fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali kisbu rebħiet elettorali kbar u bla preċedent. Prinċipju bażiku li wassal biex mexxejja ħallew warajhom legat politiku.

U f’dan il kuntest, wieħed mingħajr ma jrid, josserva ix-xenarju politiku lokali. Mingħajr ma jrid josserva dak li qed jagħmel u jgħid il-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Josserva, għax Bernard Grech huwa suppost l-alternattiva politika għall-Gvern tal-lum. Josserva għax teknikament, Bernard Grech għada jista jkun elett Prim Ministru ta’ Malta.

U mingħajr ma jrid, wieħed josserva dak li qal nhar it-Tnejn li għadda fil-Parlament Bernard Grech b’reazzjoni għall-Budget 2024. U hawn wieħed jieqaf jaħseb u jistaqsi: X’ħareġ minn diskors ta’ sagħtejn? Fejn hi l-kritika kostruttiva? Fejn huma l-ideat alternattivi ta’ partit li għada jista jkun fil-Gvern?

Tisimgħu u terġa’ tisimgħu biex tipprova ssib sens f’dak li ntqal. Biex tipprova tpinġi viżjoni ta’ min għada l-poplu Malti jaf javda t-tmun ta’ pajjiżna f’idejh. Malajr tinduna iżda li ma ħareġ xejn ħlief isteriżmu, għajjat bħal tal-monti, impreċiżjonijiet, attakki u kritika bla sens.

Kritika li filwaqt li hija dritt li ssir, għandha tkun kostruttiva u wkoll toffri soluzzjonijiet alternattivi. U hawn wieħed jieqaf u jġib quddiem għajnejh l-istħarriġ riċenti ta’ Vince Marmara u jifhem għala d-distakk enormi li jeżisti bejn iż-żewġ mexxejja politiċi Maltin.

Hawn wieħed jifhem għala dak illi tilef il-Partit Laburista ma ggwadanjahx il-Partit Nazzjonalista. Analiżi sempliċi li ma teħodlokx ħafna ħin biex tifhem il-għala sal-lum Bernard Grech għadu ma jispirax il-fiduċja mill-poplu Malti; tifhem il-għala l-Partit Nazzjonalista ma jistax jieħu r-ruħ. Analiżi li twassal għal risposta sempliċi li fiha nnifisha hija ta’ niket.

Ta’ niket għax dal-pajjiż jistħoqqlu Oppożizzjoni denja u aħjar. Dal-pajjiz jistħoqqlu alternattiva aħjar. Għax kull demokrazija teżiġi hekk. Fuq kollox, dan il-pajjiż jistħoqqlu Oppożizzjoni li għandha l-polz ta’ dak li qed jiġri, u toffri soluzzjonijiet u mhux duħħan.

Peró, wara li wieħed jiżen dak li ġara b’mod ċar fil-Parlament nhar it-Tnejn li għadda jifhem li Bernard Grech għadu mhux biss ‘l boghod minn dan… imma ħafna l-bogħod.

Ekonomija

1 kumment

  1. Il-Maduma l-arma uffiċċjali tal-Partit Negattiv (PN) sparixxiet għal kollox mill-Partit Negattiv (PN) ta’ Bernard ‘Grieg’ Grech.

    Ċert li wara l-elezzjonijiet ta’ l-2024 il-Maduma tarġa titfaċċa fi ħdan il-Partit Negattiv (PN) imexxi min Roberta Metsola.

Comments are closed.

Sport