Tuesday, April 30, 2024

“Bla dubju l-Beltin u l-Maltin midjunin lejk Pawl”

Bosta maħsudin bl-aħbar tal-mewt ta' Pawlu Curmi l-Pampalun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Pawlu Curmi magħruf l-iktar bħala l-Pampalun jew ir-Re tal-Karnival.

Curmi miet fl-età ta’ 92 sena u l-aħbar tal-mewt tiegħu rat il-midja soċjali tinfaqa’ b’kitbiet li jfakkru l-karattru uniku tiegħu, it-talenti tiegħu u l-imħabba speċjali li kellu lejn il-Karnival tant li f’dak iż-żmien żgur li kont se tarah għall-briju u x-xalar fit-toroq tal-Belt Valletta.

“Bla dubju ikona, leġġenda sinonimu mal-Karnival Malti għal għexieren ta’ snin. Pawlu l-artist per eċċellenza, mużiċist mill-ifjen li bit-talenti tiegħu paxxa lil ħafna.” Hekk beda biex jiddeskrivih il-pjanist lokali Mark Spiteri Lucas  li fakkar kif fuq kollox Curmi kien Belti li dejjem ħabb il-Belt u ta sehem mhux żgħir biex isaħħaħ l-identità Beltija.

“Bla dubju l-Beltin u l-Maltin midjunin lejk Pawl”, tenna l-pjanista.

Fil-Karnival tal-2021, il-poster uffiċjali tal-Karnival Malti kien b’wiċċ Pawlu li anke huwa meqjus bħala missier il-Karnival Malti.

Sport