Tuesday, May 21, 2024

Xhud importantissimu fil-każ McCann se jingħata ċans jerġa’ jixhed kontra s-suspettat ewlieni

Aqra wkoll

Fl-aħħar aħbarijiet fost il-ħafna spekulazzjonijiet li donnhom tellfu kull tama lil popli sħaħ madwar id-dinja li għal snin sħaħ baqgħu jemmnu li jiġi solvut il-każ tal-għejbien ta’ Maddie McCann qiegħed jingħad li wieħed mix-xhieda lest li jixhed kontra s-suspettat ewlieni.

Filwaqt li l-avukat ta’ Christian B ilu jargumenta li Helge Busching kien qiegħed jigdeb dwar l-evidenza li kellu, liema evidenza skontu kellha tara lis-suspettat ewlieni ħati u kkundannat għal sentenza twila ta’ ħabs.

Minkejja dan l-Imħallef fil-każ qiegħed jeskludi l-allegazzjonijiet tal-avukat u għalhekk il-ħabib antik tas-suspettat ewlieni qiegħed jitqies bħala xhieda importantissimu fil-każ. Huwa mistenni jixhed fil-każ kontra Christian B li diġà nstab ħati bi stupru f’każ separat.

It-testimonjanza ta’ Helge tmur lura għall-2018 meta kien kixef mal-pulizija dwar kif sieħbu kien jiftaħar li huwa “Kriminal Prim” wara li allegatament ħataf lit-tifla.

Helge kien iddikjara li kien irnexxielu jisraq camera u recordings li juru lis-suspettat ewlieni jistupra nisa oħra, liema evidenza għenet biex Christian B jispiċċa wara l-iżbarri wara li nstab ħati li stupra Amerikana ta’ 72 sena.

Sport