Tuesday, April 30, 2024

L-akkużati Maltin u barranin imressqa l-qorti t’Għawdex bejn l-2019 u l-2022 kważi ndaqs

Aqra wkoll

Bejn l-2019 u l-2022 kien hemm 2,678 persuni Maltin u 374 persuni barranin li tressqu quddiem il-qrati maltin. Fl-istess perjodu kien hemm 122 persuni Maltin u 111-il barrani li tressqu akkużati quddiem il-qrati Għawdxin.

Iddikjara dan il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard meta mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi rigward kemm persuni Maltin u barranin tressqu quddiem il-qrati matul dawn is-snin indikati aktar qabel u kemm minnhom għad m’hemmx deċiżjoni fuqhom.

Rigward il-kawżi quddiem il-qrati Maltin li għadhom pendenti l-Ministru kkonferma li minn fost il-Maltin hemm ftit aktar minn 1,000 li għadhom pendenti filwaqt li fejn jidħlu persuni barranin hemm 229 li għadhom pendenti.

Fejn jidħlu kawżi quddiem il-qrati Għawdxin li għadhom pendenti l-Ministru kkonferma li minn fost il-Maltin hemm 23 li għadhom pendenti filwaqt li fejn jidħlu persuni barranin hemm 13 li għadhom pendenti.

Sport