Friday, May 3, 2024

Ċiklista l-Isptar wara li ntlaqtet minn vettura f’Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjana ddaħħlet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-3:45 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala Għawdex.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-anzjana – Ġermaniża ta’ 72 sena – kienet qiegħda ssuq ir-rota meta ntlaqtet minn quadbike fl-imsemmija triq.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lill-mara lejn l-Isptar għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport