“Love Island jekk tarah minn lenti analitika jista joħloq ħafna diskussjonijiet u dibattiti interessanti. Qed naqra argumenti dwar kif il-mara, meta ssir omm, għandha tinsa lilha nnfisha u tagħmel lil ulieda prijorita’ numru wieħed. Jekk tmur programm bħal Love Island waqt li hi omm, għanda tħossha ħatja u tkun qed tabbanduna l-uliedha. Jekk tixtieq hekk, għandha kull dritt imma allura qed ngħidu li meta ssir omm il-ħajja personali tagħha tispiċċa u m’għandiex dritt tagħmel avventura bħal Love Island”
Dan kien il-messaġġ li wassal l-attivist Omar Rababah, fejn enfasizza u saqsa x’inhi r-raġuni li fl-2025 ħa nibqgħu nimbuttaw in-narrattiva tradizzjonalista (biss) li l-omm postha d-dar mat-tfal u jekk tagħmel xi ħaġa għaliha nnfisha hi omm ħażina?
Rababah qal ukoll; “Insew Love Island, jekk omm tiġiha opportunita’ tirrappreżenta l-pajjiżna barra minn Malta għal ftit ġimgħat, għandha tgħid le inkella tkun omm ħażina għax suppost toqgħod id-dar mat-tfal?”
Tenna; “Li tiehu hin għalik ma tagħmlekx ġenitur ħażin. Għalfejn das-sens ta’ ħtija kollu? Li tkun ġenitur tajjeb u li tqatta’ ħin ta’ kwalità miegħek innifsek m’humiex esklussivi għal xulxin anzi jikkumplimentaw lil xulxin”