Saturday, May 4, 2024

“X’inhu jiġri? Mur għidli li lbieraħ kelli nkellmek l-aħħar darba!”

Bosta maħsudin bil-mewt ta' Luca Curmi

Aqra wkoll

Luca Curmi tilef ħajtu wara li għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Damasku fil-Munxar Għawdex.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 29 sena residenti fl-istess lokalità kien waqa’ madwar erba’ sulari għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Ritratt: Joe Grech

Minnufih issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu, iżda sfortunatament, ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ritratt: joe Grech

Fl-ewwel reazzjonijiet tagħhom fuq il-midja soċjali, bosta ħbieb tal-vittma esprimew il-ħasda tagħhom għall-aħbar. Fost ħbieb Għawdxin tiegħu, kien hemm dawk li fakkruh bħala raġel b’qalb tajba u ħabib ta’ veru.

Sport