Sunday, December 22, 2024

Xjenzati jaħdmu fuq qtar li jista’ jirkupra s-sens tax-xamm wara l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Xjenzati qegħdin jagħmlu riċerka dwar jekk persuni li tilfu s-sens tax-xamm wara li ġew infettati bil-virus tal-Covid-19 jistgħux jiġu megħjuna bit-teħid ta’ Vitamina A.

Fuq perjodu ta’ 12-il ġimgħa, pazjenti li esperjenzaw telf tas-sens tax-xamm jew kumplikazzjonijiet relatati se jkunu qed jingħataw taqtir li fih il-vitamina A.

L-Università East Anglia (UEA) qalet li riċerka fil-Ġermanja uriet li l-vitamina A tista’ tkun potenzjalment ta’ benefiċċju.

Il-pass li jmiss huwa li l-esperti minn din l-Università jesploraw kif dan it-trattament jaħdem biex isewwi l-ħsara fit-tessuti tal-imnieħer kkawżata mill-virus.

Ir-riċerkaturi jittamaw li dan l-istudju jasal biex jgħin u jtejjeb iil-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni madwar id-dinja li kawża tal-virus spiċċaw b’kumplikazzjonijiet fix-xamm.

Ekonomija

Sport