Wednesday, April 24, 2024

Tmien każi ġodda… jirkupraw 45 persuna

Aqra wkoll

Il-każi attivi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa niżlu għal 333. Dan hekk kif fl-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew tmien każi ġodda u rkupraw 45 persuna mill-virus. 

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 11-il persuna rikoverati u li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 457 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt. 

Dwar l-għoti ta’ tilqim f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw 820,435 doża tal-vaċċin li minnhom 9,544 huma booster dose.

Sport