Għal dawk li ħafna ħasbu li kienu huma l-ewwel li tbewsu ma’ xi ħadd sejrin żball kbir.
Xjenzati qalu li sabu evidenza ġdid li turi li l-koppji kienu diġà bdew jitbewsu madwar 4,500 sena ilu. S’issa l-istess xjenzati kellhom evidenza li l-bews bejn il-koppji kien beda 3,500 sena ilu.
Skulturi fit-tafal li nstabu fl-Iraq u s-Sirja li jmorru lura eluf kbar ta’ snin juru koppja jitbewsu u dan juri biċ-ċar li l-bews kien xi ħaġa ferm komuni.
Riċerkaturi mill-Università ta’ Copenhagen qalu li b’din l-iskoperta jemmnu li l-bews kien mifrux mad-dinja kollha u mhux biss f’ċertu komunitajiet.
Dr Troels Pank Arboll espert fl-Università ta’ Copenhagen qal li b’din l-iskoperta ħareġ ċar li l-koppji kienu jużaw il-bews bħala intimità u mhux biss biex juru ħbiberija jew ferħ.