Monday, December 23, 2024

X’nafu dwar il-varjant Omicron?

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

* Il-varjant Delta huwa responsabbli għal 99% tal-infezzjonijiet fl-Istati Uniti. Għadu mhux magħruf jekk l-Omicron se jkun aktar b’saħħtu minnu;

* Il-pilloli li għadhom f’fażijiet ta’ esperimentazzjoni (Paxlovid u Molnupiravir) jaħdmu kontra partijiet tal-virus Omicron u jistgħu jkunu importanti bħala trattamenti futuri;

* Ix-xjenzati għandhom bżonn ta’ ġimgħat studju biex ikunu jafu eżattament xi ħsara jista’ jagħmel dan il-varjant il-ġdid;

* L-akbar mistoqsija issa hija jekk it-tilqim mogħti jipproteġix mill-Omicron;

* L-esperti jisħqu fl-importanza li jitkompla t-tilqim għax “sa ċertu punt hemm protezzjoni”;

* Kulħadd għandu jkompli jilbes il-maskri, jevita l-folol u l-postijiet magħluqa, kif ukoll naħslu jdejna ta’ spiss:

* Id-direttur tas-Saħħa Amerikan sostna li dawk li huma inkwetati mill-varjant il-ġdid għandhom jikkonsidraw jieħdu l-booster.

* Kemm Pfizer kif ukoll Moderna qalu li lesti biex jaġġornaw it-tilqim tagħhom ħalli jiġġieldu l-varjant il-ġdid. Johnson&Johnson qal li diġà qiegħed jagħmel testijiet fuq it-tilqima tagħhom.

Aqra l-analiżi sħiħa: OMICRON: It-theddida ġdida fl-Ewropa

Ekonomija

Sport