Iddikjara dan Alex Briffa, iż-żagħżugħ mill-Imqabba u dilettant tal-piroteknika li din il-ġimgħa flimkien ma’ ħafna oħrajn qegħdin jiċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Ġilju.
Iż-żagħżugħ ikompli biex jgħid li din il-festa hija waħda speċjali għax il-maġġor parti tax-xogħol preparat jinkludi s-sehem tal-missier Pawlu magħruf bħala l-Lampa.
Pawlu ħalla din id-dinja fit-3 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet u jibqa’ mfakkar għall-valuri tiegħu bħala missier, rispett lejn l-oħrajn li kienet xi ħaġa li ssarfet f’imħabba reċiproka minn dawk li kienu jagħmluha miegħu u l-karattru ċajtier li kull fejn kien ikun ried jara lil ħaddieħor jitbissem.
F’messaġġ ta’ qsim il-qalb fl-aħħar xhur kien sellem lil missieru b’dan il-mod u wegħdu li kien se jagħmel minn kollox biex jibqa’ jimxi fuq il-passi ta’ missieru li l-għan prinċipali tiegħu kien li jara li l-festa tkun kompluta minn kollox.
Kif jindikaw parti mill-murtali, il-ħarqa ta’ din is-sena se tkun waħda li tfakkar lil Pawlu l-Lampa, anke minħabba l-fatt li minħabba li fi żmien il-pandemija x-xogħol ma nħaraqx, ix-xogħol preparat jinkludi s-sengħa mirquma tiegħu f’dan ix-xogħol.