Saturday, December 21, 2024

X’qegħdin juru s-sondaġġi politiċi gewwa l-Istati Uniti?

Ruben Briffa
Ruben Briffa
Analista dwar Avvenimenti Internazzjonali

Aqra wkoll

Bħal ħafna pajjiżi oħra, is-sondaġġi politiċi fl-Istati Uniti bħalissa qegħdin isiru kważi ta’ kul- jum u dawn mhumiex isiru biss biex jagħtu indikazzjoni fuq min minn Kamala Harris u Donald Trump se jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru.

Is-sondaġġi fuq id-dibattitu presidenzjali

L-aħħar dibattitu presidenzjali fl-Istati Uniti sar fl- 10 ta’ Settembru li għadda f’Pennsylvania, dibattitu li rawh kwazi 70-il miljun ċitta- din Amerikan fuq il-mezzi tal-televiżjoni u fuq il-medja socjali.

Sondaġġ ikkummisjonat minn Reuters u li kien ibbażat fuq 1,400 partiċipant, wera li ftit aktar minn 53% qalu li l-aħħar dibattitu ntrebaħ minn Harris filwaqt li mad- war 24% minn dawk intervistati raw rebħa għal Trump. Sondaġġ simili, din id-darba mmexxi minn l-agenzija YouGov, fuq l-istess numru ta’ parteċipanti bħal dak tar- Reuters, qal li 55% tal-Amerikani raw rebħa għall-kandi- data Demokratika filwaqt li 25% raw rebħa għal Trump.

Sondaġġi oħra li saru, for- si b’inqas għodda matematiċi minn dawk li semmejna ftit ’il fuq, bħal dak li sar mill-is- tazzjoni televiziv CNN, ukoll wrew li Harris marret aħjar minn Trump.

F’dawn l-aħħar jiem, ħafna analisti tal-politika Amerikana analizzaw dawn is-son- daġġi u bħala r-raġuni ewlenijja li taw għaliex Harris marret aħjar mill-ex president Republikan kienet dik relatata mat-tattika li użatt Harris li titfa lil Trump fuq id-difensiva fuq temi bħall- ekonomija u l-abort, temi li sa qabel dan id-dibattitu sup- post kienu għodda favur Trump.

Is-sondaġġi fuq min se jirbaħ l-elezzjoni

Sa ftit qabel ma Joe Biden irtira mit-tiġrija għall-presi- denza, kważi s-sondaġġi kol- la kienu qegħdin juru vantaġġ għal Trump. Dan il-vantaġġ kompla joħroġ mill-ewwel sondaġġi li saru meta post Biden ittieħed minn Harris.

Biss, naqra naqra, l-folja bdiet tinqaleb biex l-aħħar sondaġġi bdew juru li Harris bħalissa għandha tliet punti perċentwali vantaġġ fuq ir-rivali Repubblikan tagħha għax hija għandha l-appoġġ ta’ ftit aktar minn 48% tal-votanti filwaqt li Trump għandu warajh madwar 45% tal-Amerikani.

Naturalment, il-previżjo- ni ta’ min se jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali bbażata fuq dawn is-surveys hija ferm inqas eżatta fl-Istati Uniti minn ġewwa dawk il-pajjiżi li jużaw il-maġġoranza tal-voti biex jeleġġu r-rebbieħa. Dan għaliex l-elezzjoni tal-Istati Uniti hija bbażata fuq sistema kolleġjali fejn kull stat jiġi mogħti numru ta’ siġġijiet skont id-daqs tiegħu.

Fil- fatt, hemm total ta’ 538-il siġġu u r-rebbieħ irid jirbaħ 270 jew aktar minnhom. Għalhekk, kif ġara’ f’elezzjonijiet presidenzjal oħra, bħal dik ta’ bejn George Bush u Al Gore u dik ta’ bejn Hillary Clinton u l-istess Trump, jista’ jkun il-każ li l-kandidat rebbieħ jkun ġab inqas voti mir-rival tiegħu.

Ghalhekk, dawn is-sodaġġi janalizzaw ukoll b’req- qa kbira dak li qegħdin jgħi- du n-nies fl-istati li huma meqjusin bħala floaters li minnhom hemm sebgħa. Milli jidher, f’ħamsa minn dawn is-sebgħa, hemm differenza żgħira ħafna bejn iż- żewġ kandidati. Fil-fatt, ġewwa l-Arizona, l-Ġeorġja u n- North Carolina, Trump qiegħed igawdi vantaġġ ta’ inqas minn 1%, filwaqt li ġewwa l-istat żgħir tan-Nevada, iż-żewġ kandidati qegħdin litteralment igawdu l-istess popolarità.

Harris qiegħda tgawdi vantaġġ żgħir ta’ madwar 0.9% f’Pennsylvania li huwa stat b’numru mdaqqas ta’ siġġijiet u vantaġġ ta’ kwazi 3% fl-istati tal-Michigan u Wisconsin.

Minħabba li d-differenzi bejn iż-żewġ kandidati fuq l-isferi nazzjonali u dawk statali huma taħt it-3%, ir-riżultat aħħari huma verament inċert speċjalment li meta wieħed iqis il-fatt li fl-aħħar żewġ elezzjonijiet għal raġuni jew oħra, il-polls issottovalutaw il-votanti ta’ Trump.

Ekonomija

Sport