Saturday, December 14, 2024

Xufier jammetti li hedded u weġġa’ lil eks tfajla tiegħu

Aqra wkoll

Il-qorti dalgħodu fetħet b’urġenza biex ikun jista’ jitressaq xufier ta’ 30 sena li kien akkużat bi vjolenza domestika u anke b’theddid fuq l-eks sieħba tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Colin Sheldon qalet li r-rapport kien daħal fl-1 ta’ Lulju fejn intqal li l-eks sieħba sabitu jistenniha fejn id-dar tagħha. Ix-xufier beda jgħidlha biex jirranġaw u jkomplu bir-realzzjoni tagħhom. Jirriżulta li kienu ilha flimkien għal dawn l-aħħar 5 snin, iżda waqfu jitkellmu x-xahar li għadda.

L-allegat vittma bdiet tgħidlu li ma tridx tkompli r-relazzjoni. Kien hawn li hu beda jinsisti biex ikun jaf jekkx hemm xi ħadd ieħor fin-nofs u x’ħin baqa’ bla risposta qallha li se jitfagħha f’siġġu tar-roti u anke li kien se joqtol lilha u lilu. L-argument tant kemm eskala li allegatament l-akkużat ikkawżakha xi ġrieħi ħfief.

L-akkuat ammetta mill-ewwel għal akkużi fil-konfront tiegħu. L-Ispettur semma kif l-akkużat għandu kondotta nadifa kif ukoll waqt l-investigazzjonijiet hu kkopera bis-sħiħ.

L-avukat difensur qal li r-raġel kien qiegħed taħt trattament ta’ psikjatra u b’hekk sar appell lil Qorti biex jingħata l-għajnuna minflok piena ta’ ħabs.

Il-Maġistrat Nadine Lia wara li semgħet liż-żewġ naħat filwaqt li sabitu ħati tal-akkużi tat ordni ta’ probation għal 3 snin u ordni ta’ trattament ta’ 3 snin biex jindirizza l-imġieba tiegħu.

Hija tagħtu wkoll ordni ta’ trazzin fil-konfront tal-vittma, għal 3 snin.
Il-Qorti wissiet lix-xufier li ma jistax jagħmel kuntatt mal-vittma għal ebda raġuni.

Ekonomija

Sport