Raġel ta’ 34 sena residenti l-Gudja., ittieħed l-Isptar Mater Dei. Dan wara li aktar kmieni filgħodu kien involut f’inċident fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, li kien qed isuq mutur Honda, indarab f’ħabta ma’ erba’ vetturi. Il-vetturi involuti kienu Fiat Doblò misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Wied il-Għajn, Nissan X-Trail misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Wied il-Għajn, Peugeot 208 misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti Wied il-Għajn, u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Ħal Għaxaq.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

