Id-diriġenti ta’ Paris St Germain qed jirsistu sabiex iġibu lill-goalkeeper ta’ Seville Yassine Bounou lejn il-belt kapitali Franċiża.
Il-goalkeeper Marokkin, li kien il-protagonista għat-tim tiegħu fit-tazza tad-dinja fil-Qatar, qed jiġi attirat minn offerta interessanti bil-klabb tiegħu Seville li qed jitlob €18-il miljun sabiex jaslu għalih.
Minkejja kollox, anke Bayern Munich qed isegwu l-progress ta’ dan il-gowlkiper minħabba li Yann Sommer mistenni jmur jilgħab fl-Italja.