Thursday, January 16, 2025

Yorgen Fenech, eks Supretendent u Nutar mixlija b’ħasil ta’ flus

Aqra wkoll

In-negozjant Yorgen Fenech, l-eks Supretendent tal-Pulizija Raymond Aquilina u n-Nutar Mario Bugeja tressqu l-Qorti mixlija b’ħasil ta’ flus.

Aquilina kien imexxi t-taqsima tal-Korp tal-Pulizija li kienet tinvestiga l-ħasil tal-flus.

Fenech kien mixli b’korruzzjoni ta’ uffiċjal pubbliku u ħasil ta’ flus; Aquilina ġie akkużat b’korruzzjoni, ħasil ta’ flus u li ħalef falz waqt li n-Nutar Bugeja kien mixli b’ħasil ta’ flus.

Ġie rrapportat kif l-allegat akkużi huma relatati mal-bejgħ ta’ appartament f’Birżebbuġa lil Aquilina. Mhux magħruf jekk il-bejgħ sarx. It-tliet akkużati qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjubin kontrihom. 

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Andrea Zammit u Gary Cauchi mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Sean Friggieri.

L-Avukat Charles Mercieca qed jidher għal Fenech, l-Avukat Lennox Vella għal Aquilina u l-Avukati Franco Debono u Andreana Zammit qed jassistu lin-Nutar Bugeja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport