Saturday, December 21, 2024

Yorgen Fenech jiċħad li xtara numru ta’ armi u balal mid-dark web

Aqra wkoll

Yorgen Fenech; is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, tressaq mill- ġdid il-Qorti akkużat b’xiri ta’ armi u munizzjon. Yorgen  Fenech wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Dr.Charles Mercieca, li hu l-avukat difensur ta’ Yor-gen Fenech, ma kkontestax l-arrest iżda stqarr li Fenech ma kellux għalfejn jittella’ b’urġenza u dan għax Fenech jinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjonbi spjegat li din l-investigazzjoni bdiet ftit tax-xhur ilu, wara investigazzjoni fuq emails li wrew li Fenech allegatament xtara armi mid-dark web. 

Ekonomija

Sport