Monday, October 14, 2024

Youri Tielemans segwit minn Arsenal

Aqra wkoll

Arsenal qed jaħdmu qatigħ sabiex jiksbu l-firma tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Belġjan Youri Tielemans. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u sa ftit tal-ġranet ilu kien qed jilgħab ma’ Leicester City. Hu kien ilu magħhom erba’ snin għalkemm f’dan l-aħħar staġun ma rnexxielux jevita milli jiġu relegati.

Il-kowċ tal-Gunners Mikel Arteta qed jara fi Tielemans plejer utli għall-metodu tattiku tiegħu. Hu kien qed jiġi segwit minn Roma għalkemm Arsenal jinsabu favoriti li jakkwistawh ġaladarba jilħqu ftehim mar-rappreżentant tiegħu. 

Sport