Illum ikompli l-Fuel 10K Under 16 League b’żewġ partiti hekk kif fid-4.45pm, Naxxar Lions jilagħbu kontra Sliema Wanderers filwaqt li fis-6pm, Pembroke Athleta jaffaċċjaw lil Marsaxlokk.
Sadanittant mil-logħbiet li kellna l-ġimgħa l-oħra, minn sezzjoni A kellna draw bilanċjat ta’ 2-2 bejn Pieta’ Hotspurs u San Ġwann.
Pieta’ kellhom l-ewwel taqsima perfetta fejn fetħu vantaġġ doppju għalkemm fit-tieni waħda kien hemm ir-reazzjoni ta’ San Ġwann li ġabu l-iskor indaqs.
Gianluca Camilleri skorja doppjetta personali għal Pieta’ Hotspurs sabiex fit-tieni taqsima, Noah Cassar u Leon Attard taw punt lil San Ġwann wara skorjaw il-gowls rispettivi tagħhom.
Referees kienu Andrea Naudi u Sara Kankaras.
Minn sezzjoni B, Birżebbuġa Windmills għelbu lil Qrendi 10-5 f’logħba mimlija gowls.
Luis Rapce spikka għal Birżebbuġa meta skorja ħames gowls filwaqt li Lucas Maria Surace kien awtur ta’ doppjetta. Zacharia Ashibani, Denzel Spiteri Azzopardi u Gianluca Buttigieg għaqqdu l-iskor għat-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta.
Qrendi skorjaw permezz ta’ doppjetta ta’ Jake Buttigieg, Jordan Farrugia , Luigi Genovese u Buren Ellul.
Referees kienu Andrea Naudi u Sara Kankaras.