Tottenham Hotspur qablu dwar ftehim biex jiffirmaw lill-midfielder mill-Mali, Yves Bissouma, mingħand Brighton & Hove Albion għal ħlas ta’ £25 miljun.
Il-player ta’ 25 sena se jidħol fl-aħħar sena tal-ftehim tiegħu mas-Seagulls fi żmien ftit ġimgħat, u Brighton huma ħerqana li jevitaw li jitilfu l-player tagħhom ta’ valur bi free transfer fl-2023.
Bissouma kien imseemi li seta’ jħalli ll-club is-sena li għaddiet fost interess minn Arsenal iżda fl-aħħar mill-aħħar baqa’ ma’ Brighton u rreġistra goal wieħed u żewġ assists f’26 partita fil-Premier League.