Il-Belġjan, Yves Lampaert (Quick-Step Alpha Vinyl Team) rebaħ l-ewwel stadju tat-Tour de France hekk kif iċ-champion renjnati Tadej Pogacar spiċċa fit-tielet post fit-time trial individwali liema event saret f’Copenhagen.
Fuq distanza ta’ 13.2 kilometri, Lampaert kellu wirja mill-aqwa meta rreġistra ħin ta’ 15-il minuta u 17-il sekonda …. biex spiċċa ħames sekondi qabel il-kompatrijott tiegħu Wout van Aert (Team Jumbo–Visma).
Pogacar spiċċa żewġ sekondi warajh biex kellu jikkuntenta bit-tielet post.
Illum isir it-tieni stadju bejn l-ibliet Daniżi, Roskilde u Nyborg, fuq distanza ta’ 202.5 kilometri.