Tuesday, May 14, 2024

L-Ingilterra champions Ewropej Under 19

Aqra wkoll

L-Ingilterra huma ċ-champions Ewropej ta’ Taħt id-19-il sena meta fil-finali dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Iżrael bl-iskor ta’ 3-1 liema partita kellha tmur fil-ħin barrani.

Kien Oscar Gloch (40) li fetaħ l-iskor għal Iżrael b’xutt bid-dawra iżda Callum Doyle (52) kiseb id-draw b’xutt mill-viċin. 

Lejn it-tmiem Carney Chukwuemeka resaq viċin li jagħti r-rebħa lill-Ingliżi iżda ġie mċaħħad mil-last biex il-logħba kellha tmur fil-ħin barrani. 

Iżda l-istess Chukwuemeka (108) xeħet lit-team tiegħu fil-vantaġġ qabel ma Aaron Ramsey (116) issiġilla rebħa. 

Din kienet it-tieni darba f’ħames snin li l-Ingliżi rebħu dan il-kampjonat.

Sport