Tuesday, May 14, 2024

It-tielet rebħa staġjonali għal Dunbar fil-Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

F’idejn Redent Magro, il-Franċiż Dunbar rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mis-36 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. 

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Cristal Pierji (George Attard) kienet l-aktar waħda veloċi wara l-bidu uffiċjali u wara ftit metri fetħet vantaġġ żgħir minn Onceforall Face (Brian Hili) u Gigant Well (Charles Degiorgio). Madwar 600m mil-linja finali Cristal Pierji bdiet tnaqqas mill-pass bit-tiġrija tiżviluppa fi dwell eċċitanti fid-dritta finali bejn Dunbar (Redent Magro) u Gigant Well. Kien tal-ewwel li kiseb it-tielet rebħa staġjonali b’Rally Hans misjuq mill-Għawdxi Marco Refalo u Pablo Andover (Daniel Hili) ikollhom ukoll pjazzament tajjeb fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.13.4” fil-kilometru.  

Fl-uniku tiġrija wkoll tal-klassi Gold, Kerstin Galea poġġa lil Dynamit Life quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija. Dan żamm il-kmand sal-linja finali biex faċilment u b’distakk ta’ tliet tulijiet ħa t-tieni rebħa tas-sena minn Dgin Du Caux (Charles Camilleri) u Prinsen One (Mario Farrugia). Vakato (Chris Grech) temm warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gypsa Bella (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 3. Haita Du Vieuxcour (C. Camilleri) 4. Ganaka (D. Baldacchino) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. High Handed (C. Camilleri) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Gringo Du Biset (W. Cutajar) 3. Likearollingstone (R. Gatt) 4. Grace De L’Isop (O. Cauchi)

III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Festival Marlo (R. Gatt) Ħin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Ficejulando (C. Magro) 3. Lady Red Summer (M. Spiteri) 4. Frisquette Snob (R. Schembri) 

IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Voyou De Javron (T. Mallia) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Giminy Cricket (H. Mc Kay) 3. Gaby Passion (A. Magro) 4. Querby Du Gite (N. Barbara) 

V Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Elitlove Pasmarick (P. Galea) Ħin – 2.39.2” (1.14.4”) 2. Baqualito Mag (Ch. Degiorgio) 3. Tonight Lux (R. Cassar) 4. Aravis Roc (R. Gatt) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dynamit Life (K. Galea) Ħin – 2.38” (1.13.8”) 2. Dgin Du Caux (C. Camilleri) 3. Prinsen One (M. Farrugia) 4. Vakato (C. Grech) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dunbar (R. Magro) Ħin – 2.37.1” (1.13.4”) 2. Gigant Well (Ch. Degiorgio) 3. Rally Hans (M. Refalo) 4. Pablo Andover (D. Ħili) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Asko Giant (P. Galea) Ħin – 2.39.8” (1.14.7”) 2. Global Tuxedo (J. Zahra) 3. Call Boy Danover (M. Fenech) 4. Atus Picken (D. Xerri)

IX Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Chene De Landisacq (C. Vassallo) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Donatello Kily (R. Magro) 3. Pagano (J. Mercieca) 4. After Eight (C. Camilleri) 

Sport