Sunday, December 22, 2024

Zachary David is-sewwieq tat-tiġrijiet tal-karting jiġi mal-ewwel għaxra fil-finali

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Zachary David, is-sewwieq tat-tiġrijiet tal-karting, mat-tim Sauber Karting u li jsuq b’liċenzja Maltija ħa sehem fl-ewwel round tal-WSK European Series f’South Garda Karting f’Lonato fl-Italja bejn l-14 u s-17 ta’ Lulju.

Wara l-aħħar round tal-kampjonat Ewropew f’Franciacorta, David mpenja ruħu fi tlett ijiem ta’ taħriġ qabel wasal f’Lonato il-Ħamis. Mill-Ħamis stess, David wera prestazzjoni eċċellenti u kien wieħed mill-aktar veloċi fit-trakka.

Waqt il-kwalifikazzjoni, David beda b’prestazzjoni eċċellenti li kien qed juri fit-taħriġ iżda wara ħabta li tefgħatu barra mit-trakka kellu jibda t-tġrija minn pożizzjoni 32 fl-aħħar ringiela.

Fl-ewwel tiġrija, David avvanza 21 post u spiċċa fil-pożizzjoni 11. Fit-tieni tiġrija, beda mill-pożizzjoni 11, izda wara aċċident ieħor, reġa’ spiċċa fi tlieta u tletin post. Fl-aħħar tiġrija, huwa beda minn pożizzjoni 33, avvanza 16-il post u spiċċa fis-17-il pożizzjoni.

Fil-prefinali David beda fl-20 pożizzjoni, avvanza għaxar postijiet u spiċċa f’pożizzjoni 10. Il-pożizzjoni li David kellu jibda l-finali.

Matul il-finali, David ma kellux il-prestazzjoni meħtieġa biex ilaħħaq mal-ewwel sewwieqa minħabba problem fis-setup; madankollu, żamm il-pass tiegħu u rnexxielu jżomm anka il-pożizzjoni. David temm il-ġurnata fl-10 pożizzjoni.

Wara t-tellieqa, David qal li kien kuntent bir-riżultat hekk kif mhux faċli li tispiċċa mal-ewwel 10 f’dawn it-tiġrijiet. David kompla li kieku ma kienx l-inċident fil-kwalifikazzjoni, ir-riżultat seta’ kien aħjar.

David issa reġa’ lura Malta biex jikkompeti fir-raba’ round tal-Kampjonat Nazzjonali Malti tal-Karting li ser isir fi tmiem il-ġimgħa fit trakka La Reve f’Ħal Far.

Ekonomija

Sport