Thursday, December 26, 2024

Żagħżugħ fil-Qorti wara argument f’diskoteka

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq fil-Qorti b’rabta ma’ argument li seħħ fl-4 ta’ Ġunju fl-istabbiliment Gianpula fil-limiti tar-Rabat.

Isem iż-żagħżugħ ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti wara li l-avukati tiegħu talbu għal divjett minħabba li għadu kif beda xogħol ġdid u jinsab bil-probation.

Wara li l-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal din it-talba, il-Maġistrat Victor Asciak laqa’ it-talba.

Iż-żagħżugħ kien mixli li fl-imsemmi jum u post ħebb għal Nathan Luke Borg u kkaġunalu ġrieħi gravi minbarra li kissirlu n-nuċċali.

Il-ġuvni wieġeb mhux ħati u qed jinsisti li huwa kien fil-kumpanija tat-tfajla meta ġie aggredit mill-allegat vittma u kellu jiddefendi lilu nnifsu.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-Għassa taż-Żejtun kif ukoll taħt depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Matthew Galea waqt li l-Avukati Albert Zerafa u Valentina Lattughi qed jidhru għall-ġuvni.

Ekonomija

Sport