Wednesday, July 24, 2024

Żagħżugħ immultat u ordnat sabiex ma jsuqx għal xahar wara li saq fid-direzzjoni l-ħażina u tajjar raġel

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 27 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ġie immultat €2,300 u ġie ordnat sabiex ma jsuqx għal perjodu ta’ xahar. Dan wara, li l-Qorti sabitu ħati li tajjar raġel hekk kif kien qed isuq fid-direzzjoni l-ħażin. 

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Charlotte Curmi spjegat li l-każ seħħ f’Mazu tal-2020, fi Triq Pietru Pawl Bezzina f’San Ġwann.

Xehed il-vittma u spejga li dakinhar kien spiċċa mix-xogħol u li hekk kif qasam, spiċċa ttajjar mill-akkużat. Żied jgħid li meta sab ruħu mal-art, l-akkużat kien skuża ruħu miegħu u qallu li dan ma rahx. 

Min-naħa tiegħu l-akkużat xehed li huwa waqaf biex jara kinux ġejjin karozzi u meta ra li ma kienx hemm karozzi, saq u ra persuna f’nofs ta’ triq.

Huwa insista li kien qed isuq f’nofs ta’ triq u mhux li  fuq il-lemin. Żied jgħid kif baqa’ mal-vittma sakemm ġiet l-ambulanza u l-Pulizija. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kkonkludiet li l-akkużat instab ħati, bir-raġuni li dan saq fuq in-naħa tal-lemin flok fuq ix-xellug.

Ekonomija

Sport