Sunday, December 1, 2024

SAR Malta b’talba sabiex issir inkjesta pubblika b’rabta mal-ħames immigranti li tilfu ħajjithom

Aqra wkoll

L-għaqda mhux governattiva SAR Malta Network talbet sabiex issir inkjesta pubblika dwar il-mewt tal-ħames immigranti li tilfu ħajjithom fl-ibħra Maltin nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

L-istess għaqda faħħret l-intervent tal-AFM u li l-fatt li kien hemm dikjarazzjoni lill-midja ftit wara li seħħet it-traġedja.

Sfortunatament nhar il-Ġimgħa, fost il-ħames persuni li ttellgħu bla ħajja kien hemm ukoll mara tqila. Barra minn hekk tmien immigranti kellhom jittieħdu lejn l-Isptar għall-kura.

Dan filwaqt li 21 oħrajn ġew salvati u se jkunu qegħdin jittieħdu lejn iċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ġewwa fejn se jkun qiegħed jarahom tabib f’parti minn proċeduri preventivi li jittieħdu f’tali sitwazzjonijiet.

Sport