Żagħżugħ indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Toni Zahra, iż-Żejtun.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Sym Symphony, misjuq minn Indjan ta’ 26 sena u Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żejtun.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.