Thursday, March 28, 2024

Imutu friżati fil-vetturi tagħhom fil-Pakistan… Il-PM jinnota li dawn kellhom jiċċekkjaw it-temp

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-anqas 21 persuna tilfu ħajjithom wara li spiċċaw maqbudin fil-vetturi tagħhom kawża ta’ borra qalila fil-Pakistan.

Madwar 1,000 vettura spiċċaw maqbudin f’din il-borra. Waħda mill-kawżi ta’ tant vetturi maqbudin kien il-fatt li ħafna turisti erħewla lejn Murree biex jaraw din il-borra nieżla.

Skont is-servizzi tal-emerġenza 1122, fost il-vittmi hemm uffiċjal tal-Pulizija, martu u s-sitt uliedhom, kif ukoll familja oħra ta’ ħamsa. Bl-għajnuna tal-militar ġew salvati mat-300 persuna li sfaw maqbudin f’din il-borra.

Il-Pulizija kkonfermaw li mill-anqas sitta mill-vittmi mietu friżati fost raġunijiet oħra għall-imwiet tal-persuni maqbudin f’din il-maltempata.

Il-Prim Ministru Imran Khan min-naħa tiegħu esprima x-xokk għal din l-aħbar traġika u għall-mod kif l-awtoritajiet nqabdu mhux preparati biżżejjed għal din l-eventwalità fejn daqstant persuni saqu lejn l-istess direzzjoni mingħajr ma taw każ tal-kundizzjonijiet tat-temp.

Ekonomija

Sport