Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: John Davis jinstab qawwi u sħiħ

Aqra wkoll

Il-Pulizija fi stqarrija maħruġa aktar kmieni kkonfermat li l-anzjan Ingliż li kien irrapurtat nieqes il-Ġimgħa li għaddiet instab qawwi u sħiħ waqt rondi mill-uffiċjali tal-Pulizija.

Intant hija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.

Il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar: Raġel minn Kerċem irrapurtat nieqes lill-Pulizija

John Davis, Ingliż ta’ 71 sena, residenti Ta’ Kerċem, Għawdex, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.

Huwa deher l-aħħar iċ-Ċirkewwa u kien liebes flokk kannella fl-aħmar, qalżiet iswed u sandli. Hu kien qed iġorr basket abjad.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Sport