Wednesday, April 24, 2024

Ainsley Maitland-Niles b’self ma’ Napoli

Aqra wkoll

Roma ffirmaw uffiċjalment lil Ainsley Maitland-Niles b’self mingħand Arsenal. ‘Ninsab ferħan li qiegħed hawn u ma nistax nistenna biex nibda,’ qal it-tielet internaz­zjonali tal-Ingilterra fl-iskwadra ta’ José Mourinho.

Dan huwa self ta’ sitt xhur sal-aħħar tal-istaġun, għalhekk m’hemm l-ebda għażla biex jinxtara d-difensur lemini.

“Ninsab kuntent li qiegħed hawn u ma nistax nistenna biex nibda,” qal Maitland-Niles fuq il-websajt uffiċjali ta’ Roma.

“Irrid ngħin lit-team u nuri x’nista’ nagħmel bħala player. Grazzi lill-partitarji għall-appoġġ li diġà wrewni. Nittama li nistgħu nkomplu nagħmlu xi ħaġa kbira sal-aħħar tal-istaġun.”

Maitland-Niles lagħab ħames darbiet għall-Ingilterra u sar it-tielet membru tat-Three Lions li ngħaqad mal-Giallorossi wara Chris Smalling u Tammy Abraham.

“Ma’ Maitland-Niles qed inġibu ma’ Roma player żagħżugħ li jaqbel sew mal-profil li konna qed infittxu biex intejbu l-iskwadra u nkopru numru ta’ pożizzjoni­jiet differenti,” qal il-manager ġenerali tal-club, Tiago Pinto.

“Meta tkellimna ma’ Ainsley konna tassew milquta mill-entużjażmu tiegħu dwar il-prospett li jingħaqad mal-grupp tagħna u li jkollu ċ-ċans li jaħdem ma’ José Mourinho.”

Sport