Żagħżugħ Marokkin weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija allegatament safa aggredit waqt li kien qiegħed fil-venda tal-linja qrib Pjazza Tritoni.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30 p.m bil-pulizija tiġi infurmata miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li kien daħal raġel b’xi ġrieħi f’wiċċu u b’daqqa fl-istonku.
Minn investigazzjoni li saret fuq il-post irriżulta ż-żagħżugħ ta’ 22 sena u jgħix Birżebbuġa, kien qiegħed fil-venda tal-linja meta allegatament ġie attakkat minn persuna b’xi arma li taqta’ u bil-ponta.
Fuq il-post issejħu ambulanza u tim mediku li ħadu liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha rigward il-każ.