Saturday, December 21, 2024

Żagħżugħ iweġġa’ serjament wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ serjament wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9.00p.m. fi Triq Valletta, Mosta.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti l-Mosta, li kien qed isuq Toyota Corolla, tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ Smart li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 38 sena residenti Ħ’Attard. Fit-Toyota, kien hemm iż-żagħżugħ minn San Pawl il-Baħar. 

It-tliet persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn dak li jirrisjedi San Pawl il-Baħar ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport