Saturday, December 21, 2024

Żagħżugħ jindarab gravi wara ħabta fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Żagħżugħ indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Opel Astra, misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Gudja, u mutur Yamaha, misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti Ħal Għaxaq. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. 

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport