Żagħżugħ ta’ 22 sena ġie lliberat minn kull akkużat hekk kif aktar kmieni kien mixli li 14 ta’ Ġunju tal-2022 kien weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu li kellha 6 xhur tqala. Is-sieħba kellha 17-il sena.
Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, il-ġuvni waqt ix-xhieda tiegħu ċaħad kull akkużat u kien sostna li t-tfajla kienet hi stess li wettqet il-ġrieħi fuqha nnifsiha.
Il-Qorti nnutat li meta kien mar is-Surġet fuq il-post l-affarijiet kienu kkalmaw u għalhekk ma setgħex tara eżatt x’ġara minn fuq il-bodycam tal-pulizija.
Il-Maġistrat qal li dwar dan il-każ kien hemm nuqqas ta’ provi u ma kien hemm l-ebda prova ċerta li ż-żagħżugħ weġġa’ lis-sieħba tiegħu. Il-Qorti qalet li l-Prosekuzzjoni minkejja li ħarġu l-akkużi kontra l-akkużat ma kellix provi ċari li veru seħħ dan l-inċident.
Kien għalhekk li l-Qorti lliberat liż-żagħżugħ minn kull akkuża.