Monday, April 29, 2024

DCapitals u Ivan Grech b’kunċert fiċ-Ċittadella fid-29 ta’ Lulju

Aqra wkoll

Għat-tmien sena konsekuttiva, DCapitals Big Band ser ikunu qed itellgħu l-kunċert annwali tagħhom ġewwa ċ-Ċittadella. Dan il-kunċert sar appuntament annwali li jsir fl-aħħar Sibt ta’ Lulju fil-foss taċ-Ċittadella.

Il-Big Band Għawdxija f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, il-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat għall-Wirt Kulturali f’Għawdex, ser tkun qed torganizza t-tmien edizzjoni ta’ dan il-kunċert nhar is-Sibt 29 ta’ Lulju 2023, fid-9.00pm.

Il-mistieden speċjali għall-kunċert ta’ din is-sena ser ikun il-kantant Ivan Grech, li ser ikun qed ikanta wħud mill-aqwa suċċessi tiegħu. Miegħu ser jieħdu sehem ukoll il-kantanti residenti tal-band: Francesca Sciberras, Gail Attard, Eliża Stellini, Fabian Galea, kif ukoll ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-festival Kantamagħna, Alexia Micallef. Il-band tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast George Apap.

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas. Kulħadd huwa mistieden.

Sport