Friday, May 17, 2024

Żewġt itfal fost 8 persuni jmutu wara li ġġarraf bini fil-Brażil

Aqra wkoll

8 persuni spiċċaw tilfu ħajjithom fosthom 2 itfal wara li ġġarfet blokka appartamenti fil-belt ta’ Recife fil-Brażil. It-tfal li spiċċaw vittmi kellhom 5 u 8 snin.

Il-ħaddiema tas-salvataġġ mill-ewwel marru fil-post bit-tama li jinħarġu xi persuni ħajjin u fil-fatt irnexxilhom jinħarġu 4 persuni. L-awtoritajiet qiegħda jgħidu li baqa’ 6 persuni li s’issa għadhom neqsin.

Minkejja li s’issa għadu mhux stabbilit x’wassal biex il-blokka appartamenti tiġġarraf, esperti qegħdin jgħidu li l-mod kif kienu nbnew dawn l-appartamenti kien wieħed ħażin ħafna u x-xita li għamlet fl-aħħar jiem u l-ilma li kien hemm fit-toroq waslu biex jiġġarraf kollox.

Sport