Wednesday, September 3, 2025

Żagħżugħ mixli li tefa’ tazza lejn l-eks sieħba u sakkarha f’appartament

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 20 sena residenti l-Belt Valletta baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li weġġa’ lill-eks sieħeb tiegħu meta tefalha tazza u anke allegatament sakkarha f’appartament.

Hu kien mixli wkoll li ppubblikat ritratti u filmati sesswali tagħha mingħajr hi ma kienx taf kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ngħata fuq żewġ kawżi separati li għandu fil-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni qalet li allegatament waddbilha tazza tal-plastik b’xorb alkoħoliku fi stabbiliment f’San Ġiljan, tant li laqatha f’għajnejha, li kkaġunalha ġrieħi ħfief, li kissrilha l-mobile u heddida.

Fil-Qorti ntqal li l-Pulizija kienu rċivew rapport mill-allegat vittma fejn din kienet qalet li ġurnata qabel ma seħħ il-każ kienu ħarġu u anke raqdu flimkien. Iżda imbagħad filgħodu bdew jargumentaw u kien hawn li sakkarha fl-appartament. Hi qalet li damet imsakkra għal madwar nofs siegħa.

L-allegat vittma allegat ukoll li  hu għamel idu fuq ħalqha u qabdilha għonqha fuq is-sodda waqt li kien se jxerred ritratt indiċenti tagħha.

Meta l-pulizija marru biex jarrestawh u talbuh biex jagħtihom il-mobile, u qabad u sabbtu mal-art.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, li ma ġietx milqugħa, filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla u oħtha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport