Saturday, December 14, 2024

Żagħżugħ qala’ żewġ tiri f’rasu wara li ħabbat bieb b’ieħor f’Kansas

Aqra wkoll

Żagħżugħ qala’ żewġ tiri f’rasu wara li daqq il-qanpiena ta’ dar b’oħra fil-belt ta’ Kansas, Missouri, fl-Istati Uniti, nhar il-Ħamis li għadda.

Ralph Yarl, student tal-iskola fl-età ta’ 16-il sena u li jixtieq ikompli jistudja l-Chemical Engineering fl-Università ta’ Texas, apparentament kien f’dawk l-akkwati biex jiġbor liż-żewġ ħutu tewmin iżgħar minnu.

Il-midja Ingliża Daily Mail qalet li f’kitba illi qasmet iz-zija taż-żagħżugħ, Faith Spoonmore, hija spjegat li appena Ralph daqq il-qanpiena, raġel mar jiftaħ il-bieb tad-dar, ħares f’għajnejn iż-żagħżugħ u sparalu f’rasu. Kompliet tgħid ukoll li n-neupti tagħhom mat-tir li qala’ waqa’ mal-art u l-aggressur reġa’ sparalu.

Intqal li Ralph waqt l-inċident baqa’ f’sensih u rnexxielu jmur jitlob l-għajnuna minn xi djar fl-istess akkwata. Huwa ttieħed l-Isptar fejn bħalissa għadu qed jiġi rikoverat minħabba l-ġrieħi li sofra.

L-aggressur, ġie arrestat immedjatament fuq il-post tar-reat, però iżjed tard huwa nħeles mill-arrest minħabba li l-Pulizija għadhom qed jistennew l-istqarrija taż-żagħżugħ.

Ekonomija

Sport