Monday, December 23, 2024

Żagħżugħ ta’ 14-il sena arrestat wara li allegatament weġġa’ ieħor b’sikkina f’Tas-Sliema

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 14-il sena qed jiġi mitkellem mill-Pulizija wara li aktar kmieni waranofsinhar allegatament aggredixxa b’sikkina żagħżugħ ta’ 21 sena f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:45 p.m fi Triq Locker meta għal xi raġuni żvolġa argument bejn iż-żewġ żgħażagħ. 

Skont investigazzjonijiet li saru jidher li ż-żagħżugħ ta’ 14-il sena allegatament ta’ daqqiet ta’ sikkina liż-żagħżugħ l-ieħor.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u dawk tad-distrett flimkien ma’ ambulanza u tim mediku.

Iż-żagħżugħ ferut ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa. 

Il-pulizija qed iżżomm liż-żagħżugħ ta’ 14-il sena għal iktar stħarriġ dwar il-każ għalkemm jidher li hu wkoll kellu jingħata assistenza medika minħabba xokk li sofra.

Ekonomija

Sport