Friday, November 15, 2024

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 17-il sena tressaq il-Qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet li bihom ingħata l-ħelsien mill-arrest.

Fil-Qorti ħareġ li l-ġenituri kienu għamlu rapport mal-pulizija li binhom kien nieqes, biż-żagħżugħ jinstab rieqed fi ġnien f’San Ġiljan.

Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fis-26 ta’ Lulju meta ffaċċja akkużi dwar serq ta’ mobile.

Missier l-imputat xehed li f’ċertu okkażjonijiet ibnu kien jaġixxi b’mod vjolenti u anke kien jitlaq ‘il barra mid-dar. Semma episodju fejn l-imputat allegatament kien ukoll refa’ jdejh fuq ommu.

L-imputat wieġeb mhux ħati u nżamm fil-faċilità YOURS.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Zachary Zammit. Għall-imputat deher l-Avukat Brendan Kirk Muscat. 

Ekonomija

Sport