Friday, May 3, 2024

23 persuna oħra jinstabu jgħixu irregolarment

... ingħalqu l-proċessi biex dawk miżmuma qabel jitneħħew mill-pajjiż

Aqra wkoll

Il-pulizija għalqet proċessi li wasslu li biex persuni li nstabu jgħixu rregolarment f’pajjiżna fl-aħħar ġimgħat, diġa’ m’għadhomx f’pajjiżna.

Persuni li kienu Malta illegalment ittieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni u sussegwentament tneħħew mill-pajjiż, waqt li l-pulizija qed tkompli bl-ispezzjonijiet ta’ kull ġimgħa madwar il-pajjiż, f’messaġġ ċar favur iż-żamma tal-ordni u l-ħarsien tal-liġijiet ta’ pajjiżna.

Ħidma li kompliet il-Ħadd filgħodu meta f’diversi toroq u residenzi fil-Ħamrun u Santa Venera saru numru ta’ tfittxijiet minn diversi taqsimiet tal-Pulizija, assistiti mis-Servizzi ta’ Detenzjoni.

Il-Pulizija żammet 23 persuna li l-istatus tagħhom f’pajjiżna ma kienx wieħed regolari. Dawk misjuba jgħixu f’Malta illegalment, ġew mitkellma mill-Pulizija, kif ukoll ittieħdu minnufih fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni sabiex eventwalment jibda’ il-proċess biex jitilqu minn Malta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija se jkomplu għaddejjin, anke b’rabta mal-postijiet li dawn limmigranti nstabu jgħixu fihom.

Sport