Tuesday, September 24, 2024

Żagħżugħa l-Isptar wara li ntlaqtet minn karozza f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Żagħżugħa kellha tiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kienet involuta f’inċident fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żagħżugħa ta’ 25 sena ntlaqtet minn karozza tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti s-Swieqi.

Iż-żagħżugħa ngħatat l-ewwel assistenza minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport