Sunday, September 15, 2024

Zaire-Emery il-werriet ta’ Marco Verratti?

Aqra wkoll

Hekk kif riċentement Paris St Germain tilfu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Marco Verratti li mar jilgħab fil-Qatar ma’ Al Arabi, plejer li qed jispikka hu Warren Zaire-Emery. Dan tal-aħħar qed jingħata spazju mill-kowċ Luis Enrique u qed jikkonvinċi sew fil-midfield.

Ħafna qed iqisu li hu se jkun il-werriet tal-istess Verratti. Hu għad għandu biss 17-il sena u hu membru regolari fit-tim nazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena.

Ma’ Paris St Germain diġa’ lagħab 21 darba u skorja żewġ gowls.

Ekonomija

Sport